Passi ‘l quddiem minn Juventus għall-akkwist ta’ Tonali

MatthewJuve News 1 Comment

It-timijiet il-kbar tas-Serie A qed juru interess qawwi f’Tonali, tant li l-prezz tiegħu diġà tela’ għal 25 miljun Ewro. Skont Calciomercato.com fl-aħħar ġimgħat Juventus għamlu passi kbar ‘il quddiem fin-negozjati għall-akkwist tiegħu peress li kellmu lill-aġent u pproponewlu offerta tajba kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll taħt l-aspett sportiv. Fil-fatt fil-pjanijiet ta’ Juventu shemm li jixtru lil Tonali u jisilfuh lil xi tim tas-Serie A sabiex jikseb aktar esperjenza. Brescia, ukoll, wisq probabbli jkunu interessati f’dat-tip ta’ ftehim speċjalment jekk Tonali jitħalla b’self magħhom f’każ li jkunu promossi fis-Serie A.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *