Paulo Dybala ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Cagliari

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Paulo Dybala rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba kontra Cagliari tas-Sibt li għadda 19 ta’Awissu 2017. Il-logħba kienet valida bħala l-ewwel partita tal-Kampjunat Serie A 2017/18. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. 

L-attakkant Arġentin kellu logħba oħra mill-aqwa u reġa ġie vvuttat minnkom bħala l-aħjar plejer Juventin wara t-telfa kontra Lazio fis-SuperCoppa Italiana. ‘La Joya’ skurja t-tieni gowl abjad u iswed u skond il-voti tagħkom kien ħaqqu jerġa jirbaħ dan l-unur bil-53% tagħhom. Fit-tieni post nsibu lil ‘Capitano’ Gianluigi Buffon li kien fondamentali meta salva penalty ta’Cagliari meta l-iskor kien għadu 1-0 biss. Huwa ġab it-23% tal-voti. Fit-tilet insibu lil Mario Mandžukić li kellu l-unur li jiskorja l-ewwel gowl tal-Kampjunat Serie A. L-attakkant Krowat ġab it-8% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *