Pepe, fil-Finali wara l-kalvarju tal-injuries

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-serata tas-6 ta’ Ġunju se tkun waħda speċjali għal Simone Pepe. Dik ta’ Berlin x’aktarx tkun l-aħħar partita ta’ Pepe mal-Bianconeri. L-avventura tiegħu ma’ Juventus riesqa lejn tmiemha. Wara 4 scudetti, Coppa Italia u żewġ Super Cups tal-Italja, iċ-ċirasa fuq il-kejk tista’ tkun iċ-Champions League. Pepe hu mingħajr ebda dubju wieħed mill-aktar plejers maħbubin mis-supporters. Hu apprezzat ferm għas-simpatija tiegħu u żgur li s-supporters se jimmissjawh ħafna la jitlaq. M’għandniex dubju li kulħadd qed jawguralu li jtemm l-esperjenza Bianconera tiegħu bil-kisba tal-ogħla unur għall-klabbs fl-Ewropa. Aqqu din ir-rebħa afuq kollox għall-kalvarju li għadda minnu bl-injuries li żammewh barra mill-azzjoni għal iktar minn sentejn. Id-destin deher kiefer wisq miegħu bis-serje infinita ta’ injuries konsekuttiv li għadda minnhom. Il-karriera tiegħu dehret mitmuma, imma d-destin xi kultant iġib ruħu b’mod stramb u proprju meta kollox deher mitluf, l-istorja ta’ Pepe kellha żvolta mhux mistennija. L-injuries f’daqqa waħda ġew megħluba u Pepe seta’ jirritorna għal-logħob bl-aqwa mod possibbli. Issa d-destin għażillu tmiem mill-aqwa għall-avventura Bianconera: il-Finali taċ-Champions League. Tmur kif tmur din il-Finali, Pepe se jkun qed jgħix il-ħolma pesonali tiegħu!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *