Pereyra, l-akbar sorpriża tas-sena

MatthewJuve Leave a Comment

Minkejja l-età żgħira tiegħu, Roberto Pereyra diġà kellu x-xorti li jilgħab ma’ żewġ timijiet kbar tal-aktar żewġ kontinenti bi tradizzjoni qawwija fid-dinja tal-futbol: River Plate fl-Amerka t’Isfel u Juventus fl-Ewropa. Wara li telaq lil River Plate, hu lagħab għal xi snin ma’ Udinese u attire l-attenzjoni ta’ diversi klabbs kbar. Fost dawn kien hemm Juventus. Il-fiduċja li wrew fih issarfet f’wirjiet kbar din is-sena. Nistgħu ngħidu li mar ħafna aħjar minn dak li qatt stajna nbassru. Allegri jħobbu għax jaf jilgħab f’pożizzjonijiet differenti f’nofs il-grawnd. Pereyra kien dejjem utli kull darba li Allegri għajjatlu. Nemmnu li anki kontra Barcellona, jekk jilgħab, se jkun fost l-aqwa fil-grawnd.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *