Pjanic jgħid iva, imma Arthur jibqa’ jsostni l-le tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Arthur qed ikompli jwebbes rasu hekk kif ma jridx jaf li jitlaq lil Barcellona. Il-klabb Spanjol jinsab urtat ħafna miegħu peress li dis-sitwazzjoni tista’ twassal biex huma jitilfu lil Pjanic. Skont Calciomercato.com Barcellona għandhom ftehim ma’ Pjanic, biss jonqos dak ma’ Juventus li jridu biss lil Arthur bi tpartit mal-Bosniaku. Arthur, insomma, waqqaf kollox. Intant hemm rapporti li Juventus reġgħu bdew il-kuntatti ma’ PSG u Chelsea għall-bejgħ ta’ Pjanic. Is-sitwazzjoni hi mħawda tassew. Probabbli li f’dawn il-jiem Barcellona se jagħmlu pressjoni qawwija fuq Arthur biex jikkonvinċuh jibdel fehmtu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *