Pogba u Inter fil-mira tal-attakki

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Europa League hi għadma iebsa għat-timijiet il-kbar. Hi mingħajr dubji l-aktar kompetizzjoni tqil mhux wisq għal-livell tat-timijiet, imma għad-diffikultà tat-timijiet il-kbar li jesprimu l-futbol tagħhom. Ilbieraħ Inter u Manchester United ħarġu telliefa. In-Nerazzuzzi, li nhar il-Ħadd se jaffrontaw lil Juventus, tilfu f’darhom kontra Hapoel. Il-wirja kienet fjakka immens u diġà hemm min qed ibassar li De Boer jista’ jitkeċċa jekk jitlef kontra Inter. Manchester United, mill-banda l-oħra, tilfu kontra Feyenoord. Taħt l-attakk tas-supporters u l-media hemm Paul Pogba. Kemm ilu li telaq lil Juventus, Pogba dejjem naqas milli jkun effettiv fil-grawnd. Il-prezz tiegħu ħoloq stennija kbar u Pogba s’issa ddeluda. L-istaġun għadu fil-bidu … s’issa l-indikazzjonijiet huma negattivi għal Pogba u għal Inter.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *