Possibilita’ li jiġi ordnat il-ktieb mimli fotografija ta’ Salvatore Giglio

Darren Micallef News Leave a Comment

Kull min hu interessat li jakkwista l-ktieb mimli fotografija tal-istaġun 2016/17 li ġimgħa ilu Salvatore Giglio u Fabio Ellena ppreżentaw fil-Club jista’ jagħmel dan minn l-uffiċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8.00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.

Kull kopja tiswa’ €29 u se tinġieb lilkom bid-dedika minn idejn Salvatore Giglio nnifsu.

Infakkrukom li Salvatore Giglio kien il-fotografu uffiċjali ta’ Juventus bejn 1976 u 1998 kif ukoll huwa meqjus bħala l-iktar fotografu ta’ riferiment ta’ Juventus fejn għex il-mumenti kollha storiċi minn l-1976 l’hawn.

Il-kopji kollha tal-ktieb li kellna nħatfu dakinhar tal-attivita’ ġewwa l-Club fis-7 ta’ April għaldaqstant se nkunu qiegħdin nilqgħu iktar riservazzjonijiet sa tmiem dan ix-xahar.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *