Problemi anki għall-impenji tat-tim nazzjonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu t-tim nazzjonali Taljan suppost se jilgħab kontra l-Ingilterra u l-Ġermanja. Dawn huma partiti ta’ ħbiberija li huma maħsuba biex Mancini jkun jista’ jibda jħejji għall-Euro2020. Madankollu hemm ċans kbir li l-partiti se jkollhom jintlagħbu bil-bibien magħluqa jew jitħassru għal kollox. Fl-Ingilterra hemm miżuri restrittivi kbar u mhux eskluż li t-Taljani ma jitħallewx jidħlu l-Ingilterra sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ aktar tixrid tal-marda. Fl-istess ħin l-awtoritajiet tal-belt ta’ Nurimberg, fejn se titlagħab Ġermanja-Italja, diġà esprimew il-preokkupazzjonijiet tagħhom. Il-President tal-FIGC, Gravina lbieraħ stess tkellem ma’ Rai u sostna li l-Federazzjoni qed tispera li minn tal-inqas l-partiti jkunu jistgħu jintlagħbu bil-bibien magħluqa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *