Problemi b’rabta mal-kwarantina

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar jiem l-FIGC kellha taħdidiet mal-Gvern Taljan dwar il-possibbiltà ta’ xi emendi għall-protokol. B’mod partikolari għad hemm il-kwisjtoni tal-kwarantina. Il-klabbs Taljani jridu li din tkun pjuttost qasira, biss il-Gvern qed ikompli jinsisti li l-kwarantina trid tkun ta’ erbatax-il ġurnata. Il-biża’ tal-klabbs hi li l-kampjonat jaf jasal f’punt fejn ma jkunx jista’ jitkompla. Tajjeb infakkru li jekk dan iseħħ, l-FIGC stabiliet li għandhom jintlagħbu l-play-offs f’każ ta’ waqfa qasira, jew inkella jintuża algoritmu li jistabilixxi b’mod ġust ir-rebbieħ tal-kampjonat jekk is-Serie A jkollha tieqaf għal kollox. Dil-ġimgħa stess, però, il-Lega Calcio opponiet mill-ġdid l-idea tal-play-offs. Insomma, is-sitwazzjoni għadha mħawda mhux ħażin!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *