Proġett fallut!

MatthewJuve News 5 Comments

Nibda b’premessa. Fiż-żewġ partiti tal-play-offs l-Italja kien ħaqqha tgħaddi iktar mill-Iżvezja. U biex inkunu onesti ħadd ma seta’ jemmen li qatt l-Italja setgħet tasal qabel Spanja. Huma fatti li ħadd ma jista’ jiċħad, għalkemm ma nistgħux ninħbew warajhom.

Jgħaddu u ma jgħaddux l-Azzurri, xorta jibqa’ l-fatt li dan hu proġett fallut mill-bidu, diżastru li ilna nistennew sentejn. It-tim nazzjonali ħaqqu l-aħjar. L-aħjar kien, erba’ snin ilu, Antonio Conte. Qablu Sacchi, Lippi u ħafna oħrajn. L-aħjar żgur qatt ma kien Ventura, kowċ bravu f’timijiet tal-qiegħ, imma li qatt ma għamel xejn speċjali biex ikun ħaqqu li jinħatar kowċ tal-Italja. Konna nafu li ma kienx se jkun kapaċi jmexxi lit-tim sew, u hekk ġara. Għażluh għax kien l-uniku lest li jaċċetta paga baxxa bla ma ndunaw li, kif jgħid il-Malti, l-irħis hu għoli!

Il-proġett ta’ Ventura u Tavecchio falla fuq kollox għax kien ibbażat fuq idea li ma tirriflettix ir-realtà. Qalulna li Ventura se jrawwem ġenerazzjoni ġdida ta’ talenti. Imma min huma dawn it-talenti? Fejn qegħdin? Fil-bidu Ventura kien spiss jgħajjat plejers li kienu jidhru promettenti. Minn dawn kollha biż-żmien ma fadal ħadd ħlief forsi Donnarumma u Verratti (dan imma dejjem kellu wirjiet fqar mal-Italja). Wasalna għall-play-offs wara sentejn ħidma u Ventura kellu jibqa’ jilgħab bi plejers normali bħal Candreva, Eder, Gabbiadini, eċċ li diffiċli jagħmlu lit-tim realment kompetittiv. Mhuwiex tort ta’ Ventura li hemm nuqqas reali ta’ talenti żgħar. Imma żgur li hu t-tort tiegħu li qagħad jiftaħar li se jiskopri t-talenti meta kien evidenti li dawn ma jeżistux!

Illum għalxejn inwaħħlu fil-klabbs. Il-klabbs jagħmlu l-għażliet tekniċi u ekonomiċi li l-aktar jidhrulhom xierqa biex jirbħu. Il-verità li hemm bżonn riformi u investimenti akbar biex il-klabbs Taljani jissaħħu aktar. Il-futbol Taljan illum qdiem. Ilna snin ngħidu li hemm bżonn bidla radikali, imma din qatt ma ssir. Anzi, meta jkollok klabb bħal Juventus li jitmexxa b’mod għaqli, irridu l-ħin kollu nisimgħu lil Sarri jeqred fuq il-flus, filwaqt li l-Gvern Taljan iħejji riforma biex inaqqas id-dħul ekonomiku ta’ Juventus mit-tv rights bl-iskuża tal-ugwaljanza. Flok jippremjaw lil min jaf jagħmel xogħlu sew, aktar ikidduh u jaraw kif jeqirduh. Affarijiet veru bla sens!

F’xenarju bħal dan kif tridu jqum il-futbol Taljan? Ventura hi ħati għal dak li ġara fil-grawnd, iva, imma mhuwiex ħati għall-amministrazzjoni ħażina, vojta u stupida ta’ Tavecchio u niesu. Nittamaw li, bħal fl-1958, mhux biss Tavecchio imma l-Kunsilliera Federali kollha jirriżenjaw. U nittamaw li minflokhom jinħatru nies kapaċi verament li jwettqu r-riformi li hemm bżonn. Il-futbol Taljan għandu bżonn nies tal-kalibru ta’ Agnelli/Marotta/Paratici u Moggi/Giraudo/Bettega qablu li mexxew ‘il quddiem proġett rebbieħ u għamlu isem tajjeb lill-futbol Taljan. Jekk imma se jneħħu lil Tavecchio biex ipoġġu xi klawn ieħor minfloku, allura l-futbol Taljan se jibqa’ ma jiħux ir-ruħ!!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

Comments 5

  1. Naqbel perfettament mal-kumment u r-riflessjoni ta’ Matthew rigward it-team nazzjonali Taljan. Fl-opinjoni tiegħi izda naħseb li t-tort jaqa’ kollu fuq ir-ring-leaders , il-Presidienti Lotito (Lazio) u DeLaurentis (Napoli) li ridu b’forza lil Tavecchio President tal-FIGC kontra l-kandidatura tal-ex player internazzjonali ta’ Milan, u amministratur, Demitrio Albertini zagħzugħ b’mentalita’ moderna aktar mill-anzjan Tavecchio. Niftakru bil-frazi ta’ DeLaurentis wara l-elezzjoni mirbuħa minn Tavecchio meta b’idru ippupat qal lill-ġurnalisti ‘ il-maggoranza għazlet lil Tavecchio’. Kienu biss tlett clubs li vvutaw kontra din l-għazla, fosthom Juventus u Roma. Kif jghid il-Malti ‘ dak li tizra taħsad’

  2. Prosit Matthew osservazzjoni tajba hafna imma nghid jien ghalfejn dan il-fuss kollhu fuq in-nazzjonal Taljan? Jien iddipjacini biss ghal Buffon u ghal hadd izjed. Jien ili nistenna dan id-dizastru mill-2006. FIGC u l-bella kumpanija kollha kien dejjem mohhom fil-fasopoli u l-ghan ewlieni taghhom kien li jkissru lil Juventus li fl-opinjoni tieghi kienu qed jaghmlu suwicidju minnhom stess. Tiprova tkisser lit-team l-aktar li jiproduci players taljani? U dak li gara huwa parti minn dan u dejjem jigri f’sitwazzjonijiet hekk huwa li min jiprova jaghmel il-hsara issahah lil aversarju tieghu u huwa jitkisser kif filfatt gara, Juventus mis-serie B l’hawn saru aktar b’sahhithom. Fino Alla Fine

    1. Post
      Author

      Il-vera kwistjoni hi li issa wasal iz-zmien li kulhadd ihallas ta’ ghemilu. Min kisser lit-tim nazzjonali ghandu jerfa’ r-responsabbilta’ u jitlaq darba ghal dejjem. Wisq nibza’ li jigri bhas-soltu li jispicca ma jitlaq had hlief il-kowc u nies bhal Tavecchio u l-klikka tieghu jibqghu hemm

  3. Naqbel perfattament li ventura ma kienx tajjeb pero i-izball li sar meta nhatar tavecchio li hatar lil ventura naqbel ma siehbi manuel scerri li andrea agnelli kien kontra tavecchio fl-ewwel mandat ta president pero fit-tieni mandat jekk tiftakar biddel il-vot favur tieghu beda jissaportjah jista jkun minhabba il -flus li riedu il-juve fil-kawza tal-calciopoli STEPHEN SALIBA

  4. Naqbel perfattament li ventura ma kienx tajjeb pero i-izball li sar meta nhatar tavecchio li hatar lil ventura naqbel ma siehbi manuel scerri li andrea agnelli kien kontra tavecchio fl-ewwel mandat ta president pero fit-tieni mandat jekk tiftakar biddel il-vot favur tieghu beda jissaportjah jista jkun minhabba il -flus li riedu il-juve fil-kawza tal-calciopoli STEPHEN

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *