Qrib ħafna li Zaza jsir plejer kollu kemm hu ta’ Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Tmintax-il miljun Ewro daqt jidħlu fil-kaxxa ta’ Juventus hekk kif Valencia mistennija jixtru għal kollox lil Simone Zaza. L-attakkant Taljan dan l-aħħar reġa’ beda jiskurja u saħansitra skorja ġmiel ta’ gowl kontra Real Madrid. Il-ftehim bejn Juventus u Valencia jgħid li malli jilgħab għaxar partiti ma’ Valencia, l-Ispanjoli jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 18-il miljun Ewro (16-il miljun fissi u 2 miljuni oħra f’bonuses). Kollox jindika li Valencia se jixtru lil Zaza u din ċertament hi aħbar tajba għal Juventus.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *