Real Madrid-Juventus 1-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus huma t-tieni finalisti taċ-Champions League meta ġew draw barra minn darhom kontra Real Madrid. Il-Bianconeri bdew tajjeb imma malajr Real Madrid ħadu r-riedni f’idejhom u kellhom kwarta ta’ dominju assolut. Huma però sabu x-xibka biss minn penalty mogħti minn Ronaldo. Wara Juventus għollew rashom u fit-tieni taqsima wasal il-klassiku gowl tal-eks minn Morata. Lejn tmiem il-partita Juventus kellhom okkażjonijiet tajba biex jirbħu l-partita. Mat-tisfira tar-referee bdiet il-festa Bianconera. It-tim ta’ Allegri jinsab meritatament fil-Finali!

REAL MADRID-JUVENTUS 1-1
Skurjaw: Ronaldo (pen.) (R), Morata (J)

Real Madrid (4-3-3): Casillas; Carvajal, Sergio Ramos, Varane, Marcelo; Rodriguez, Kroos, Isco; Bale, Benzema (Chicharito), Ronaldo. Kowċ: Ancelotti.

Juventus (4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Pogba (Pereyra), Pirlo (Barzagli) Marchisio; Vidal; Tevez, Morata (Llorente). Kowċ: Allegri.

Referee: Eriksson (Svezja)

Karti sofor: Rodriguez, Isco (R), Lichtsteiner, Tevez (J).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *