Rekord assolut ieħor għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-rebħa fuq Napoli kienet anki s-26 partita konsekuttiva bla telfa għal Juventus barra minn darhom fil-kampjonat. Dan hu rekord assolut fl-istorja ta’ Juventus. F’dawn is-26 partita kellna 22 rebħa u 4 draw. L-aħħar telfa tmur lura għad-19 ta’ Novembru 2017 kontra Sampdoria. Qabel ilbieraħ kien hemm darba oħra biss li Juventus kellhom sensiela ta’ 25 partita bla telfa barra minn darhom. Fil-fatt bejn l-2011 u l-2012 it-tim Juventin immexxi minn Conte kien irnexxilu jagħmel 25 partita bla telfa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *