Rekord ieħor!

MatthewJuve News Leave a Comment

Rekord ieħor imwaqqaf minn Juventus fis-Serie A. Il-gowl ta’ Higuain kontra Napoli wassal mhux biss għat-tliet punti imma anki biex jinkiser rekord tal-Juventus ta’ Conte. Fil-fatt dik kontra Napoli kienet l-44 partita konsekuttiva li fiha Juventus sabu x-xibka fis-Serie A. L-aħħar darba li Juventus ma skurjawx kien kontra Milan fit-22 ta’ Ottubru 2016. Fil-verità anki dakinhar Juventus kienu skurjaw, imma kif naħseb ħafna jiftakru r-referee kien ħassar il-gowl minn free-kick ta’ Pjanic wara l-protesti tal-plejers ta’ Milan.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *