Reqsin lejn tmiem l-istorja Sarri-Guardiola. Intro

MatthewJuve News Leave a Comment

Ninsabu ftit sigħat ‘il bogħod mill-bidu ta’ dik li mistennija tkun il-ġimgħa li matulha se nsiru nafu min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Juventus. Min jgħid li se jkun Sarri. Min hu konvint li se jkun ħadd ħlief Guardiola. F’żewġ artikli separati se nippruvaw nagħmlu punt kemm dwar Sarri kif ukoll dwar Guardiola. Se nġibulkom il-fatti kollha kif nafuhom s’issa.

Tajjeb qabel nibdew nitkellmu dwar Sarri u Guardiola nagħmlu premessa li ma nafx kemm-il darba għamilna imma milli jidher għad hemm min ma fehemx. Dil-website ftit jiem oħra se tagħlaq 11-il sena. Kuljum wassalnilkom l-aħbarijiet prinċipali li kien qed ikun hemm dwar Juventus. Ġibna kemm jista’ jkun kollox u tajnikom dejjem is-sors. Ġibna kollox għax nemmnu li minn hawn Malta u mingħajr kuntatti diretti f’ċerta ambjenti, kien diffiċli ferm għalina li nistabilixxu x’kien veru u x’kien falz. Għalhekk ġibna kollox u ħallejna f’idejkom biex tiddeċiedu dak li intom taħsbu li hu veru u dak li hu le. Żammejna kemm jista’ jkun newtrali fil-mument li wassalnilkom l-aħbarijiet u f’artikli oħra ġieli tajnikom il-pożizzjoni tagħna. Fridna l-aħbarijiet mill-kummenti tagħna kif inhu xieraq u ġust. Tajnikom il-faċilità li tikkummenta kemm fil-website stess kif ukoll fil-paġni Facebook tal-Club tagħna. Nispera li dan il-punt hu ċar. Il-kredibbiltà tagħna ġejja mill-fatt li wassalnilhom l-aħbarijiet kollha bis-sors tagħhom, u jekk f’xi każijiet dawn l-aħbarijiet ma kinux veri, it-tort ma naħsbux li kien tagħna, imma tas-sors li kitibhom u ppubblikament qabel wassalnihomkom aħna!

Issa kif għidtilkom se ngħaddu għal żewġ artikli separati dwar Sarri u Guardiola. Għamilna mill-aħjar li stajna biex inwasslu kollox bi preċiżjoni kbira. Aħfrulna jekk xi ħaġa setgħet qabżitilna f’din l-istorja ferm imħawda. Tistgħu tużaw tikkummentaw fil-website stess taħt l-artikli biex iżżidu li tridu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *