Riċeviment b’xejn għall-membri u sponsors

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħal kull sena l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore qed jistiednek għall-Riċeviment annwali li se jsir il-Ħadd 12 ta’ Jannar qabel il-partita kontra Roma mis-7.30pm ‘il quddiem.

Fil-bidu ta’ kull sena l-Kumitat iħoss li għandu jorganizza dan ir-riċeviment b’turija ta’ apprezzament lejn il-membri tiegħu waqt li jagħti l-awguri u jġedded il-lealtà lejkom għas-sena li tkun għadha kemm bdiet. Inħeġġeġ lill-membri tagħna biex attendu ħalli flimkien nibdew l-2020 f’ambjent ta’ familja Juventina waħda.

Huwa importanti li għal dan ir-riċeviment il-membri jġibu magħhom l-card tas-sħubija għall-istaġun li ninsabu fih. Ħlas ta’ €5 biss għal min mhux membru.

Joe Shields

Segretarju

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *