Rodrigo Betancur ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Fiorentina

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Rodrigo Betancur rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba kontra Fiorentina ta’l-Erbgħa li għadda 20 ta’ Settembru 2017. Il-logħba kienet valida bħala l-ħames partita tal-Kampjunat Serie A 2017/18. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. 

Il-plejer ta’nofs-il grawnd promettenti Urugwajan kellu logħba mill-aqwa fiż-żona prinċipali tal-pitch u ġie vvuttat minnkom bħala l-aħjar plejer Juventin. Iż-żagħżugħ qed ikun wieħed mill-isbaħ sorpriżi ta’dan il-bidu ta’l-istaġun juventin. Inthom tajtuħ il-61% tal-voti. Fit-tieni post nsibu lil Juan Cuadrado bit-18% tal-voti filwaqt li fit-tielet ivvuttajtu lil awtur tal-gowl deċiżiv Mario Mandžukić bit-13%.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

 

 

Infakkrukom ukoll fil-profili ‘social’ tal-club tagħna :

Paġna Facebook : https://www.facebook.com/JuventusClubVeroAmore/

Grupp Facebook : https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/

Profil Instagram : https://www.instagram.com/jcmalta1975/

Profil Twitter : https://twitter.com/JCMalta1975

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *