Roma-Juventus. Kurżitajiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed inġibu hawnhekk xi ftit kurżitajiet marbuta mal-partita Roma-Juventus:

Roma-Juventus hi anki l-isfida bejn l-aqwa żewġ difiżi tas-Serie A. Roma s’issa sofrew 18-il gowl, filwaqt li Buffon qala’ biss 13-il gowl.


L-aħħar darba li Roma-Juventus spiċċat 0-0 kien fl-2002. Minn dakinhar skorjajna kważi d-doppju tagħhom fil-konfronti diretti (47 gowl Juventus – 24 gowl Roma).


Giorgio Chiellini ddebutta fis-Serie proprju kontra Roma. F’Settembru 2004 hu kien qed jilgħab ma’ Fiorentina fl-istadio Olimpico ta’ Ruma.


L-uniku gowl ta’ Chiellini f’Roma-Juventus tal-passat imur lura għat-12 ta’ Diċembru 2011. Dakinhar il-partita kienet intlagħbet fil-ġurnata tat-Tnejn.


Fl-1978, fi tmiem Roma-Juventus il-Bianconeri kisbu ċ-ċertezza matematika tar-rebħ tat-18-il scudetto.


Lichsteiner skorja l-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A fid-derby Lazio-Roma tal-2009.


Vidal skorja 4 gowls lil Roma f’6 partiti. S’issa l-ebda wieħed ma wasal fil-belt ta’ Ruma.


L-attakkanti kollha ta’ Roma bejniethom skorjaw 16-il gowl f’dan l-istaġun. Infakkru li Tevez waħda skorja 14-il gowl fis-Serie A din is-sena.


Alessandro Matri skorja 5 gowls fil-karriera tiegħu kontra Roma. Bonucci mill-banda l-oħra skorja biss 2 gowls, wieħed minnhom fil-partita tal-ewwel rawnd din is-sena stess.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *