Ronaldo se jasal Turin fis-16 ta’ Lulju

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jinfurmaw uffiċjalment lis-supporters Bianconeri li Cristiano Ronaldo se jasal Turin fis-16 ta’ Lulju. Hu llum telaq mill-Greċja u mar Madrid sabiex isellem lil xi ħbieb li għandu hemm. Fl-istess ħin irid jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex ħwejġu personali jinġarru Turin.

Ronaldo mistenni jasal Turin kmieni t-Tnejn filgħodu u immedjatament se jmur fil-JMedical għat-testijiet mediċi. Fis-6.30 ta’ filgħaxija, imbagħad, se ssir il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha se jiġi ppreżentat uffiċjalment.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *