Ronaldo se jkun ippremjat illejla bħala l-Aqwa Plejer tal-istaġun fl-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla Cristiano Ronaldo se jirċievi l-premju mingħand il-Lega Calcio bħala l-Aqwa Plejer tal-Kampjonat Taljan għas-sena 2018/19. Miegħu se jkunu ppremjati plejers oħra:

L-Aqwa Gowlkiper: Samir Handanovic
L-Aqwa Difensur: Kalidou Koulibaly
L-Aqwa Plejer ta’ Nofs il-Grawnd: Milinkovic-Savic
L-Aqwa Attakkant: Fabio Quagliarella
L-Aqwa Talent Żagħżugħ: Nicolo Zaniolo

Ir-rebbieħa ntgħażlu permezz ta’ kalkoli ta’ Ernst & Young fuq il-bażi ta’ data miġbura minn STATS u OPTA, kif ukoll data tracking ta’ Netco Sports. Il-kalkoli huma bbażi fuq il-partiti tas-Serie A, tal-Coppa Italia u tas-Super Cup tal-Italja. Mis-sena d-dieħla dawn il-plejers rebbieħa se jkollhom id-dritt li fuq il-flokk tagħhom ipoġġu badge biex jindikaw li rebħu l-premju.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *