Ronaldo telaq mill-grawnd qabel intemmet il-partita!

MatthewJuve News 1 Comment

Calciomercato.com qed jirrapurtaw li Cristiano Ronaldo tant kien irrabjat għall-fatt li Sarri bidlu, li spiċċa telaq mill-grawnd ftit minuti qabel intemmet il-partita. Hu deher irrabjat għat-tibdila u hu u ħiereġ mill-grawnd deher jgħid xi ħaġa lejn il-bank tas-sostituti. Ronaldo, imbagħad, baqa’ dieħel dritt fid-dressing room u issa sirna nafu li telaq mill-Allianz Stadium madwar tliet minuti qabel intemmet il-partita. Komportament hekk ma hu aċċettabbli mingħand ħadd, lanqas mill-aqwa plejer tad-dinja!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Sarri ta’ bniedem responsabbli li hu, ipprova jtaffi l-incident billi qal li CR7 ghandu ugiegh fi rkopptu. Aktar u aktar ma’ jmissux ghamel hekk CR7 ghax ghallura mhux ghat-tim qieghed jilghab imma ghal-fama personali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *