Sami Khedira ‘Man of the Match’ ta’ Napoli-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Sami Khedira rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba kontra Napoli tal-Ħadd li għadda 2 ta’April 2017. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. 

Il-plejer ta’nofs-il grawnd Ġermaniż kien importanti ħafna fid-draw li ta lil Juventus punt li jista’ jkun deċisiv għar-rebħ tal-kampjunat. Huwa infatti skorja il-gowl tal-bianconeri fl-ewwel taqsima. Khedira ġab it-58% tal-voti. Fit-tieni post spiċċa Giorgio Chiellini bit-12% tal-voti, filwaqt li fit-tielet insibu lil Leonardo Bonucci bl-10%. Dimostrazzjoni li d-difiża juventina kienet fl-aqwa tagħha f’din il-partita hekk importanti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *