Sampdoria talbu uffiċjalment lill-Lega Calcio sabiex tiġi posposta l-partita tal-Ħadd filgħaxija kontra Fiorentina. Dit-talba saret b’rabta mat-traġedja li laqtet lill-belt ta’ Genova lbieraħ meta ċeda l-Ponte Morandi, traġedja li s’issa ħalliet 39 vittma flimkien ma’ bosta persuni midruba. F’dawn is-sigħat l-awtoritajiet tal-belt ta’ Genova qed jagħmlu minn kollox sabiex isibu lill-persuni li għadhom mitlufa u għaldaqstant ikun aħjar li l-partita ma tintlagħabx dil-ġimgħa.
Matthew Scerri