Sarri jispjega l-problema ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Maurizio Sarri spjega wara l-partita kontra Milan li Ronaldo ilu xahar bi problema fi rkoptu. Hu rringrazzjah talli aċċetta li jilgħab kontra Milan minkejja li ma jinsabx 100% f’sikktu. Il-problema, kif għidna, hi f’irkoptu. Jidher li Ronaldo kien weġġa’ rkoptu madwar xahar ilu u għadu jsibha diffiċli biex jixxuttja. Barra minn hekk qed iħoss l-uġigħ waqt it-training u mhux qed jirnexxilu jittrenja sew. Sarri temm jgħid li hu normali li plejer jirrabja meta jinbidel. Mistoqsi jekk huwiex se jkellmu dwar il-fatt li telaq mil-istadium qabel tmiem il-partita, Sarri wieġeb li “għandu jkun hemm tolleranza għal min qed jagħmel minn kollox biex ikun jista’ jagħti sehmu.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *