Sarri: “Qed inħoss in-nuqqas tal-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil Vanity Fair, Maurizio Sarri kkonferma li qed iħoss in-nuqqas tal-Italja. Hu sostna li għalih kienet sena twila ma’ Chelsea u li jħoss in-nuqqas tal-ħbieb u l-ġenituri anzjani li ħalla warajh l-italja u li ftit li xejn jara. Skontu għadu jħoss imħabba kbira lejn is-supporters ta’ Napoli biss sostna “ma tistax tibqa’ leali lejn il-mara li ddivorzjajt minnha. Kien il-klabb li neħħini. Jien nagħmel biss għażliet professjonali.” Finalment kumment dwar jekk huwiex dispost jibqa’ jilbes bil-ġlekk u bl-ingravata minflok it-tracksuit. Sarri wieġeb li lest jibdel id-drawwiet tiegħu jekk il-klabb jitolbu jagħmel hekk.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *