Sassuolo-Juventus 3-3

MatthewJuve News Leave a Comment

Film li diġà rajna. Hekk nistgħu ngħidu dwar Sassuolo-Juventus. Il-Bianconeri bdew tassew tajjeb u kellhom kwarta fejn mhux biss skurjaw darbtejn, imma anki ġabu fix-xejn lill-avversarji. Wara dil-kwarta, minflok għalaq l-partita u kompla jilgħab tajjeb, it-tim raqad u ħalla lil Sassuolo jagħmel ftit jew wisq dak li ried tant li t-tim ta’ De Zerbi dawwar ir-riżultat 3-2 favurih. L-istess bħalma ġara ġimgħa qabel ma’ Milan minn vantaġġ ta’ 2-0, Juventus marru minn taħt. B’xorti tajba did-darba t-tim ma tilifx rasu u rnexxilu jikseb d-draw. Inkredibbli kif dat-tim ilu sena u nofs jirrepeti l-istess żbalji u la Sarri u lanqas Allegri fl-aħħar parti tas-sena li għaddiet ma rnexxilu jsolvi l-problema tat-tim. Issa Juventus jinsabu disa’ punti ‘l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat. Jalla niksbu dawn il-punti u wara Juventus iridu jikkunsidraw serjament min għandu jibqa’, kemm fl-istaff tekniku, kif ukoll fost il-plejers.

SASSUOLO-JUVENTUS 3-3
Skurjaw: Danilo (J), Higuain (J), Djuricic (S), Berardi (S), Caputo (S), Alex Sandro (J).
 
Sassuolo (4-2-3-1): Consigli; Muldur, Chiriches (Marlon), Peluso, Kyriakopoulos; Magnanelli (Bourabia), Locatelli; Berardi (Ferrari), Djuricic (Traorè), Boga (Raspadori); Caputo. Kowċ: De Zerbi
 
Juventus (4-3-3): Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini (Rugani), Alex Sandro; Bentancur, Pjanic (Rabiot), Matuidi (Ramsey); Bernardeschi (Douglas Costa), Higuain (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Sarri.
 
Referee: Valeri.
 
Karti sofor: Magnanelli (S), Kyriakopoulos (S), Berardi (S), Ronaldo (J), Bonucci (J), Bourabia (S), Ramsey (J).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *