Sena oħra ta’ suċċess għall-website tagħna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħalma nagħmlu kull sena fl-1 ta’ Jannar nixtiequ nwasslulkom ftit statistika marbuta ma’ kemm-il persuna żaret il-website tagħna matul is-sena ta’ qabel. Dan nagħmluh mhux biex niftaħru, imma biex nirringrazzjaw lill-komunità kbira ta’ persuni li żżur u tagħmel użu minn din il-website. Fil-perjodu 1 ta’ Jannar-31 ta’ Diċembru 2019 kellna 48,274 user differenti li daħal fil-website juventusclubmalta.com. B’kollox kellna 433,523 sessjoni differenti fil-website (żieda ta’ 16.06% mis-sena ta’ qabel) għal total ta’ 727,161 pageview (żieda ta’ 9.71% mill-2018), jiġifieri artikli differenti li nqraw matul is-sena. Grazzi mill-qalb talli ssegwuna b’tant passjoni!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *