Skont l-uffiċċjali tal-FIGC l-ibbujjar beda wara l-provokazzjoni ta’ Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li fir-rapport tal-ispetturi tal-FIGC li kienu fis-Sardegna Arena nhar it-Tlieta hemm miktub li l-ibbujjar razzist kien ġej minn numru żgħir ta’ nies u fuq kollox li kollox beda bħala reazzjoni għall-provokazzjoni ta’ Kean bil-mod kif feraħ wara l-gowl tiegħu. Jekk dan kollu jkun ikkonfermat, allura hu probabbli li Cagliari jeħilsuha ħafif u għal darb’oħra l-futbol Taljan ikunu waqa’ għar-ridikolu. Kulmin ra l-partita fuq it-tv seta’ jisma’ l-ibbujjar tul il-partita kollha. Li spettur tal-FIGC jasal jikteb verżjoni b’oħra fir-rapport tiegħu hi ħaġa tassew oxxena!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *