Soulé jista’ jitqies li hu plejer ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Matias Soulé jinsab Turin u daqt se jkun jista’ jibda uffiċjalment l-avventura tiegħu ma’ Juventus. Soulé, li għandu 16-il sena, diġa’ kiseb passaport Ewropew minkejja li hu Arġentin. Fuqu kien hemm konkorrenza qawwija minn diversi klabbs kbar Ewropej, l-aktar Monaco. Juventus madankollu għelbu l-konkorrenza ta’ kulħadd u l-plejer diġà jinsab Turin sabiex jinħelsu xi formalitajiet burokratiċi. F’Jannar imbagħad it-trasferiment ikun uffiċjali. Soulé qatt ma ffirma ebda kuntratt ma’ Velez Sarsfield peress li kien għadu ma għalaqx is-16-il sena. Għaldaqstant Juventus mhuma se jħallsu xejn għal dat-trasferiment.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *