Southampton qabżitilhom!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-klabb Ingliż ta’ Southampton xejn ma ħa gost bil-fatt li Inter talbu 500,000 Ewro lil Juventus sabiex Osvaldo jkun jista’ jingħaqad mal-Bianconeri sa tmiem l-istaġun. Fil-fatt Southampton fis-sajf silfu b’xejn lil Osvaldo lil Inter sabiex huma jkunu jistgħu jagħtuh l-opportunità li jilgħab u juri x’jaf. Inter mhux talli spiċċaw iġġieldu ma’ Osvaldo u qaċtuh mit-tim, imma issa bil-wiċċ tost kollu qed jitolbu somma flus lil Juventus sabiex hu jkun jista’ jtemm l-istaġun magħhom. Fi kliem ieħor Southampton silfu b’xejn plejer li huma xtraw 19-il miljun Ewro u Inter, li qatt ma ħallsu xejn tiegħu, qed jippruvaw idaħħlu l-flus minn fuqu. ‘Sky’ qed jirrapurtaw li dalgħodu Southampton kellmu lil Inter u talbuhom jagħtuhom lura lil Osvaldo. Malli dan iseħħ, hu probabbli li l-Ingliżi jisilfuh lil Juventus.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *