Spal-Juventus 0-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Żewġ punti mormija minn Juventus kontra Spal. Il-Bianconeri, minkejja li ma kinux brillanti bħas-soltu, xorta waħda għamlu minn kollox biex jirbħu l-partita. Ix-xorti did-darba ma daħkitx lit-tim ta’ Allegri u l-assedju li prattikament dam it-tieni taqsima kollha ma ħalla ebda frott. Kif ilna nirrepetu hemm wisq plejers neqsin b’injury u l-fatt li Allegri qed ikollu jilgħab kważi dejjem bl-istess tim, qed iwassal għall-għeja. Issa rridu nistennew ir-riżultat ta’ Napoli għada. Jirbħu jew ma jirbħux, Juventus xorta waħda se jibqgħu l-ewwel u se jkollhom l-opportunità fil-ġimgħat li ġejjin biex jiddefendu l-ewwel post.

Spal-Juventus 0-0

Spal (3-5-2): Meret, Cionek, Vicari, Felipe; Lazzari, Grassi, Schiattarella, Kurtic, Costa (Simic); Paloschi (Everton Luiz), Antenucci (Floccari). Kowċ: Semplici

Juventus (4-2-3-1): Buffon; De Sciglio, Chiellini (Barzagli), Rugani, Asamoah (Mandzukic); Matuidi (Bentancur), Pjanic; Douglas Costa, Dybala, Alex Sandro; Higuain. Kowċ: Allegri

Referee: Massa

Karti sofor: Kurtic (S), Schiattarella (S), Costa (S), Douglas Costa (J), Pjanic (J), Everton Luiz (S)

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *