Spiċċajna bla full-backs!

MatthewJuve News Leave a Comment

Wieħed mill-ikbar żbalji li saru dis-sena kien li Juventus għandhom fit-tim tliet full-backs biss, f’sistema ta’ logħob li tirrikjedi dejjem tnejn mal-linja fuq wara. Sarri għandu biss lil De Sciglio, Danilo u Alex Sandro, u mbagħad beda juża lil Cuadrado f’dil-pożizzjoni. Issa li Alex Sandro u De Sciglio jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries, u Danilo se jkun sospiż wara li tkeċċa,  Sarri se jkollu biss lil Cuadrado disponibbli għall-partita kontra Lecce. Mal-linja xellugija Sarri x’aktarx issa se jilgħab Matuidi li kontra Spal fl-Ewwel Rawnd kellu wirja tajba. Sarri għandu anki lil Beruatto ta’ Juventus Under 23 u eventwalment lil Chiellini (jekk jilħaq jirkupra) li jista’ jilgħab max-xellug. Nhar il-Ġimgħa nkunu nafu!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *