Statistika dwar l-2014 tal-plejers Juventini

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit statistika interessati dwar l-2014 tat-tim Juventin, sena li kienet mimlija suċċessi għall-Bianconeri b’rekord ta’ 95 punt totali u b’medja ta’ 2.57 punt f’kull partita. Jekk ngħaddu għall-plejers individwali, naraw li n-numri juru biċ-ċar liema kienu l-aqwa plejers tas-sena.

Crosses u gowls
L-ikbar numru ta’ crosses wasal minn Lichtsteiner għal total ta’ 10 assists mingħandu. Il-ġirja u l-ħeffa tiegħu humka l-arma li Conte u Allegri użaw biex naslu għall-gowls. Warajh, l-iktar plejer li ta assists kien Tevez (9).

It-topscorer Juventin tal-2014 hu Tevez b’24 gowl (18 fil-kampjonat), segwit minn Llorente (16-il gowl) u Vidal (11-il gowl).

Xuttijiet lejn il-lasta 
L-aktar plejer Juventin li xxuttja lejn il-lasta kien Tevez (120 xutt, li minnhom 87 fil-kampjonat; tajjeb ngħidu li Luca Toni biss mar aħjar minnu fil-kampjonat b’93 xutt). Mill-120 xutt ta’ Tevez, 68 xutt wasal fil-lasta (48 xutt fil-kampjonat; l-aqwa wieħed fl-Italja quddiem Di Natale u Toni, it-tnejn li huma b’45 xutt fil-lasta).

Wara Tevez, f’din il-klassifika ta’ xuttijiet lejn il-lasta, insibu lil Pogba (65 xutt), Llorente (60 xutt), Vidal (53 xutt) u Marchisio (46 xutt).

Okkażjonijiet ta’ gowl maħluqa
Andrea Pirlo hu dak li ħalaq l-akbar numru ta’ okkażjonijiet ta’ gowls għal sħabu. Dawn jammontaw għal 85. Warajh insibu lil Tevez (79), Pogba (57), Vidal (52) u Llorente (50).

Tqassim
F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqassim komplessiv fil-grawnd, ir-rekord jinsab f’idejn Bonucci u Chiellini (2845 u 2837 rispettivament). Fit-tielet post insibu lil Pirlo (2487).

Jekk naraw il-passes li rnexxew, insibu mill-ġdid lil dawn it-tlieta fuq quddiem: 2537 – Chiellini; 2510 – Bonucci; u 2173 – Pirlo.

Blalen mirbuħa lura
Buffon jiddomina l-klassifika Bianconera tal-blalen mirbuħa lura mingħand l-avversarji. Hu segwit minn Pogba, Marchisio u Pirlo.

Tackles
Vidal hu l-plejer Juventin li l-iktar kellu tackles sabiex jieħu l-ballun minn saqajn l-avversarji. Hu kellu 145 tackle u mar aħjar minn Pogba (93) u Marchisio (90).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *