Stqarrija tal-Club dwar il-biljetti kontra Inter

Darren Micallef News Leave a Comment

Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jinforma lil dawk il-membri li kienu rriservaw biljett kontra Inter minn l-uffiċċju tal-Club li Juventus ħabbru ftit tal-ħin ilu li se jkunu qiegħdin jirrifondu l-flus lura.

Hekk kif il-Club jirċievi nformazzjoni ulterjuri u jiġi rifondut il-flus kollha tal-biljetti li kienu tħallsu se nkunu qiegħdin nikkuntattjaw lil dawk kollha li kienu laħqu ħallew depositu jew saħansitra ħallsu l-biljett sħiħ ġewwa l-uffiċċju sabiex nagħtuhom flushom lura. Tajjeb ngħidu wkoll li bħalissa l-uffiċċju tal-Club jinsab magħluq għall-pubbliku.

Juventus infurmaw ukoll li r-rifużjoni ma tapplikax għal min għandu abbonament. Din l-istqarrija tinteressa biss lil dawk il-membri li akkwistaw biljett minn l-uffiċċju tal-Club għaldaqstant ma nistgħux ngħinu lil kull min akkwista l-biljett minn sorsi oħra.

L-istqarrija sħiħa ta’ Juventus tinsab hawn
https://www.juventus.com/en/news/news/2020/juventus-inter–reimbursements-of-tickets.php

Sadanittant, nawguraw ukoll li Juventus tieħu inizjattiva simili favur dawk kollha li kienu laħqu rriservaw jew ħallsu interament il-biljett tagħhom kontra Olympique Lyon jew kontra Milan tal-Coppa Italia.

Il-Kumitat

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *