Stqarrija tal-Club dwar is-sitwazzjoni attwali tal-biljetti kontra Inter u Olympique Lyon

Darren Micallef News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jinforma li qegħdin insegwu b’attenzjoni l-iżviluppi kollha li qegħdin iseħħu kif ukoll jawgura li Juventus tieħu inizjattivi favur kull min kien laħaq irriserva biljett minn l-uffiċju kontra Inter jew Olympique Lyon.

Tajjeb ngħidu li għadna ma ngħatajniex biżżejjed dettalji mingħand Juventus sabiex inkunu nistgħu noħorġu stqarrija li tiċċara iktar l-affarijiet iżda malli u jekk il-Club kif nawguraw jirċievi istruzzjonijiet ulterjuri dwar refunds jew skemi oħra, il-membri interessati se jkunu kkuntattjati direttament mill-Kumitat u mgħoddija l-istruzzjonijiet hekk kif ikunu ngħataw lilna.

Sadanittant nappellaw lil dawk il-membri li kienu rriservaw biljetti għall-partiti msemmija hawn fuq u li għadhom ma żarux l-uffiċju sabiex iħallsu minn l-aktar fis il-bilanċ dovut lill-Club. Dawn il-biljetti ilhom li ġew ordnati mill-Club u għaldaqstant il-ħlas sħiħ tal-biljetti kollha diġa sar. Bl-ebda mod il-Club li jservi bħala mezz biex jiġu akkwistati biljetti bi prezz facevalue direttament mingħand Juventus ma għandu jerfa’ responsabbiltà minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti. Dan huwa spjegat tajjeb fit-termini u kundizzjonijiet marbutin max-xiri tal-biljetti minn ġewwa l-uffiċju. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li l-biljetti jitħallsu interament mill-membri li rriservawhom sabiex il-Club ma jġarrabx telf finanzjarju kbir li jista’ jxekkel il-ħidma tiegħu.

Il-Club jirriserva d-dritt li jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jissalvagwardja l-interessi kollha tiegħu.

Il-Kumitat

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *