Stefano Sturaro rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għall-logħba kontra Milan tal-Ġimgħa li għadda 23 ta’Diċembru 2016. Din il-partita kienet tgħodd bħala finali tas-Super Cup Taljana 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.
Il-plejer ta’nofs il-grawnd reġa’ kellu logħba ta’min isemmi tant hu vera li rebaħ dan l-unur għat-tieni logħba konsekuttiva. Fi prestazzjoni juventina mhux konsistenti tul il-120 minuta, dan il-plejer wera’ dixxiplina u kilba għall-ballun liema bħalha. Sturaro ġab il-31% tal-voti. Fit-tieni post spiċċa Giorgio Chiellini li skurja l-gowl juventin u f’xi ċirkustanzi salva x-xibka juventina mill-attakki milanisti. Ġab is-26% tal-voti. Il-Capitano Gianluigi Buffon kiseb it-tielet post bil-11%.
Grazzi lil kull min ħa sehem
Pierre Bonavia