Is-supporters jipprotestaw għall-fatt li l-Curva Sud se tibqa’ magħluqa dakinhar ta’ Juventus-Genoa

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-supporters Bianconeri ma jridux jaċċettaw is-sentenza tat-Tribunal tal-Appell tal-FIGC li ddeċieda li l-Curva Sud fl-Allianz Stadium għandha tibqa’ magħluqa dakinhar ta’ Juventus-Genoa. Is-sentenza waslet b’rabta mal-proċess quddiem il-Giustizia Sportiva dwar l-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn ta’ biljetti ta’ partiti fl-Allianz stadium. Kif għidna s-supporters ma jridux jaċċettaw din id-deċiżjoni u online qed jidher flyer li jistieden lis-supporters jiltaqgħa dakinhar stess ftit qabel il-partita fil-pjazzetta ta’ quddiem id-daħla għall-Curva Sud. Huma se jipprotestaw u jista’ jagħti l-każ li wara ma jidħlux fl-istadium imma jibqgħu jissapportjaw lit-tim minn din il-pjazzetta.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *