Swab tests għal tlett iqraba ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Tlett qraba ta’ Paulo Dybala, preċiżament ommu, ħu Gustavu u l-għarusa tiegħu, jinsabu attwalment fi sptar f’Cordoba. Huma marru lura l-Arġentina direttament minn Turin fit-12 ta’ Marzu. Il-gazzetti La Voz del Interior u Olé qed jirrapurtaw li wara l-aħbar li Dybala u Oriana Sabatini nstabu pożittivi, il-Ministeru tas-Saħħa fl-Arġentina bagħat ambulanza għat-tlett iqraba li semmejna qabel u ħadithom fl-isptar Rawson fejn qed jistennew ir-riżultati tal-iswab tests. Sakemm joħroġ ir-riżultat tat-testijiet tagħhom, huma t-tlieta se jibqgħu fi kwarantina.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *