Tacchinardi se jżur Malta

MatthewJuve Hot news, News

Il-President u l-Kumitat għandhom il-pjaċir iħabbru li Alessio Tacchinardi, ex player ieħor importanti ta’ Juventus laqa’ l-istedina tal-Club u se jkun qiegħed iżurna fil-ġranet li ġejjin.

Din iż-żjara tiżdied mal-katina twila ta’ ex players oħra minn tal-era Lippi li żaru l-Club tagħna. Għaldaqstant se tinżamm ikla b’Tacchinardi preżenti fostna nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu ġewwa L’aroma Restaurant, Sliema mit-8.00pm il-quddiem. Din l-ikla hija miftuħa kemm għall-membri kif ukoll għal min għadu mhux membru.

Kull biljett jiswa’ €25. Tfal bejn 5 u 12-il sena jħallsu €15 biss filwaqt li hija b’xejn minn 4 snin l-isfel.

Il-biljetti jistgħu jiġu riservati minn l-uffiċju tal-Club kuljum minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu sa nhar il-Ġimgha 22 ta’ Marzu bejn 6.30pm u 8pm. L-uffiċju għaldaqstant se jkun qiegħed jinfetaħ kuljum sabiex niffaċilitaw il-bejgħ tal-biljetti.

Il-postijiet sejrin ikunu limitati. Titilfux din l-opportunità li tiltaqgħu ma’ player importanti li mmilita għal ħafna snin ma’ Juventus.Irriservaw post qabel ma jkun tard wisq!

Juventus Club Vero Amore ġewwa Birkirkara fejn il-membru huwa tassew bil-fatti l-priorità!

Joseph Fenech
President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email