Tacconi fostna!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) qed jorganizzaw ikla tal-Milied għall-membri, il-familja u l-ħbieb tagħhom. L-ikel se ssir fl-Aroma Restaurant nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru fit-8.30 p.m. Għal din l-ikla se jkollna bħala mistieden speċjali lill-eks gowlkiper ta’ Juventus, Stefano Tacconi.

Il-prezz hu ta’ 28 Ewro kull persuna (four course meal). It-tfal taħt l-10 snin iħallsu biss 10 Ewro. Il-postijiet huma limitati u se jkunu assenjati fuq first-come-first served basis. Il-booking jagħlaq fis-17 ta’ Diċembru.

Tajjeb ngħidu li abbinata ma’ din l-ikla se jkun hemm lotterija li bħala premju se jkollha flokk ta’ Juventus bil-firma ta’ Tacconi.

Għal aktar informazzjoni nitolbukom tikkuntattjaw lill-membri tal-Kumitat mill-aktar fis possibbli.

Infakkru li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Club huma: kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30 p.m. u 8.00 p.m. Is-Segretarjat ikun miftuħ anki qabel il-partiti ta’ Juventus.

Joe Fenech
President

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *