Agnelli kellem lil Zanetti bit-telefon!

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jiżvela li llum Javier Zanetti rċieva telefonata mingħand Andrea Agnelli waqt li kien f’restorant fil-belt ta’ Milan. Probabbli ferm li huma tkellmu dwar Mauro Icardi. Għalissa, però, għadu kmieni biex wieħed jista’ jaħseb dwar negozjati bejn il-klabbs. Li hu ċert hu li Juventus bdew juru interess f’Icardi. Matthew Scerri

Battibekk żgħir bejn Agnelli u Mendes

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont is-sit sportiv Premium Sport, kien hemm diskussjoni bejn Agnelli u Jorge Mendes (l-aġent ta’ Ronaldo u Cancelo). Jidher li Juventus ma ħadhux gost li l-aġent iċċirkola r-ritratt tad-drink li ħadu flimkien waqt l-aħbar uffiċjali li Ronaldo ngħaqad ma’ Juventus. Xejn gravi u preokkupanti u żgur in-nuqqas ta’ festa ġewwa l-Allianz Stadium m’għandhux x’jaqsam ma’ dan il-battibekk żgħir. Larson Pisani

Filmat esklussiv: Helicopter (x’aktarx b’Agnelli fuqu) jinżel fir-Resort fejn jinsab Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

L-istazzjon Sportitalia ppubblika dan il-filmat ta’ helicopter nieżel fir-Resort Navarino. Allegatament fuq il-helicopter kien hemm Agnelli. Aktar kmieni  Sportitalia ppubblikaw ritratti ta’ bajja privat b’gazebo kbira fin-nofs mdawra minn pannelli biex ħadd ma jkun jista’ jara x’se jiġri. Dan hu l-post fejn suppost Agnelli se jiltaqa’ ma’ Ronaldo. 📹 ESCLUSIVA! Agnelli in Grecia per chiudere la trattativa CR7!#sportitaliamercato #CristianoRonaldoAllaJuve pic.twitter.com/piKlLijU1v — …

Agnelli mar il-Greċja. Se jiltaqa’ ma’ Ronaldo?

MatthewJuve News Leave a Comment

Online deher ritratt ta’ Andrea Agnelli tiela’ fuq jet privat flimkien mas-sieħba tiegħu Deniz Akalin. It-titjira telqet mill-ajruport ta’ Pisa b’direzzjoni Khalamata fil-Greċja. Madwar siegħa u nofs bogħod minn Khalamata hemm ir-resort lussuż Navarino fejn Ronaldo qed iqatta’ l-vaganzi tiegħu. S’issa ħadd ma jaf jekk dan huwiex biss vjaġġ għal ftit jiem vaganzi jew inkella mod kif Agnelli jiltaqa’ personalment …

Anniversarju: 27/5/2004 miet Umberto Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Erbatax-il sena ilu Juventus tilfu lil Umberto Agnelli. Hu kien l-iżgħar President fl-istorja ta’ Juventus għax inħatar meta kellu biss 21 sena. Il-Presidenza tiegħu bdiet fl-1955 u baqgħet sejra sal-1962. Mill-ewwel wera li kien ambizzjuż ħafna tant li nefaq somma flus mhux ħażin biex jixtri lil John Charles u Omar Sivori. Taħt it-tmexxija tiegħu Juventus rebħu ħafna. Fost l-oħrajn kienet …

Agnelli: “Hemm bżonn il-VAR fil-kompetizzjonijiet Ewropej”

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli attakka qatta bla ħabel lill-istrutturi tal-Uefa wara dak kollu li nqala’ fi tmiem Real Madrid-Juventus. Hu appella biex anki fil-kompetizzjonijiet Ewropej tiġi introdotta l-VAR sabiex jiġu evitati żbalji. Hu sostna anki li Collina bis-suppervja tiegħu qiegħed il-ħin kollu jippenalizza lit-timijiet Taljani. Agnelli temm jgħid li l-kap tar-referees fl-Ewropa jmissu jinbidel kull tliet snin sabiex ma jinħolqux aktar sitwazzjonijiet …

Anniversarju: 12/3/1921 twieled ‘L’Avvocato’ Gianni Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Fit-12 ta’ Marzu 1921 twieled Gianni Agnelli, ‘L’Avvocato’, il-bniedem kariżmatiku li ħalla impatt qawwi kemm fl-industrija Taljana, kif ukoll fix-xena internazzjonali tal-futbol. Agnelli kellu mħabba profonda għal Juventus u serva bħala President tal-klabb Juventin bejn l-1947 u l-1953. Il-video t’hawn taħt fih xhieda tal-imħabba tiegħu lejn it-tim Juventin: