Agnelli: “Hemm bżonn il-VAR fil-kompetizzjonijiet Ewropej”

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli attakka qatta bla ħabel lill-istrutturi tal-Uefa wara dak kollu li nqala’ fi tmiem Real Madrid-Juventus. Hu appella biex anki fil-kompetizzjonijiet Ewropej tiġi introdotta l-VAR sabiex jiġu evitati żbalji. Hu sostna anki li Collina bis-suppervja tiegħu qiegħed il-ħin kollu jippenalizza lit-timijiet Taljani. Agnelli temm jgħid li l-kap tar-referees fl-Ewropa jmissu jinbidel kull tliet snin sabiex ma jinħolqux aktar sitwazzjonijiet …

Anniversarju: 12/3/1921 twieled ‘L’Avvocato’ Gianni Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Fit-12 ta’ Marzu 1921 twieled Gianni Agnelli, ‘L’Avvocato’, il-bniedem kariżmatiku li ħalla impatt qawwi kemm fl-industrija Taljana, kif ukoll fix-xena internazzjonali tal-futbol. Agnelli kellu mħabba profonda għal Juventus u serva bħala President tal-klabb Juventin bejn l-1947 u l-1953. Il-video t’hawn taħt fih xhieda tal-imħabba tiegħu lejn it-tim Juventin:

126 sena ilu twieled Edoardo Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Fit-2 ta’ Jannar 1892 twieled Edoardo Agnelli, l-ewwel President mill-familja Agnelli li Juventus qatt kellhom. Wara snin ta’ success fil-FIAT, Edoardo Agnelli nħatar President ta’ Juventus fl-24 ta’ Lulju 1923. Tliet snin biss wara Juventus rebħu l-ewwel scudetto miegħu, biex imbagħad fl-1930 bdiet is-serje ta’ ħames scudetti infila. Dan il-perjodu hu magħruf bħala l-Quinquennio d’oro, il-Ħames Snin tad-Deheb.  Matthew Scerri

Agnelli: “Aħna leġġendarji għax ħadd qatt ma għamel dak li għamilna aħna”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’diskors waqt l-laqgħa għax-share-holders, Andrea Agnelli rringrazzja lil kulmin ta sehmu sabiex Juventus setgħu jagħmlu ħaġa li qatt ebda tim ieħor fl-Italja ma rnexxilu jagħmel, jiġifieri jirbħu sitt kampjonat konsekuttivi. B’mod partikolari kellu kliem ta’ tifħir għad-diriġenti, għas-sitt plejers li kienu preżenti fis-sitt snin li għaddew u għal Allegri li, skont Agnelli, kompla jirbaħ minkejja li ħafna ħasbu li ċ-ċiklu …

Mitluba sospensjoni ta’ sentejn u nofs għal Andrea Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Prosekutur Giuseppe Pecoraro talab sospensjoni ta’ sentejn u nofs għal Andrea Agnelli b’konnessjoni mal-każ tal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Din is-sospensjoni tkun valida mhux biss fl-Italja, imma tkun estiża anki għal karigi fi ħdan l-Uefa u l-FIFA. Pecoraro talab anki sitt xhur sospensjoni u 10,000 Ewro multa kull wieħed għal Francesco Calvo, Stefano Merulla u Alessandro Nicola …

Il-President Agnelli jinsab Ruma għall-proċess quddiem il-giustizia sportiva

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli jinsab Ruma fejn se jkompli l-proċess tal-giustizia sportiva dwar l-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Fl-aħħar ġimgħat saru tentattivi biex jinstab ftehim għal patteġġament. L-indikazzjonijiet huma, però, li Agnelli ma riedx il-patteġġament għax hekk ikun qed jammetti t-tort. Matthew Scerri

Agnelli: “L-għaqda fil-grupp tagħmel id-differenza”

MatthewJuve News Leave a Comment

Agnelli u Marotta kienu l-mistednin speċjali tal-Associazione parlamentare ‘Giovanni Agnelli’ Juventus Club f’laqgħa li nżammet fis-Sala della Regina tal-Kamra tad-Deputati. Andrea Agnelli, f’intervent tal-okkażjoni, sostna li l-uniku objettiv ta’ Juventus hu dak li jitkompla ċ-ċiklu ta’ rebħa. Kliem, li hu qal, mhumiex ġejjin mill-arroganza, imma mill-ambizzjoni li Juventus għandhom. Skontu l-għaqda fi ħdan it-tim tagħmel dejjem id-differenza. Agnelli faħħar anki …