Agnelli: “Id-dħul finanzjarju? Skuża oħra”

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli wieġeb għal min, bħal Sarri, dejjem isostni li Juventus jirbħu għax għandhom dħul finanzjarju ikbar. Hu qal li din hi biss skuża bħas-soltu. Agnelli fakkar minn fejn telqu Juventus fl-2010 u sostna li qabel Juventus ma kinux sinjuri daqs illum. Jekk Juventus waslu fejn waslu hu biss grazzi għal tmexxija għaqlija li għarfet tikseb riżultati importanti ġewwa u …

It-telefonati l-ġodda mhuma se jibdlu xejn!

MatthewJuve News Leave a Comment

Forsi ħafna jsaqsu: l-pożizzjoni ta’ Juventus se taggrava ruħha wara li ħarġu t-telefonati l-ġodda ppubblikati minn “Huffington Post”. It-tweġiba hi le. Il-Giustizia Sportiva qed tixli lil Juventus li kisru l-artiklu 12 tal-Kodiċi, dak li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-klabbs u s-supporters. Min jinsab ħati li kiser dan l-artiklu, jeħlu multa jew sospensjoni tal-grawnd. L-uffiċċjali mdaħħla fil-każ jistgħu jiġi sospiżi għal xi …

Telefonati ġodda juru li Agnelli kien jaf iktar milli qed jgħid dwar Dominello u ultras oħra

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta HuffingtonPost ippubblikat b’mod esklussiv it-traskrizzjonijiet ta’ telefonati li jitfgħu f’dawl ikrah lil Andrea Agnelli peress li jmorru kontra l-verżjoni tiegħu mogħtija s’issa. F’waħda mit-telefonati, dik bejn Agnelli u Alessandro D’Angelo, hemm riferiment għall-ultrà Loris Grancini, b’Agnelli jgħid: “Il-problema hi li dan qatel in-nies.” F’telefonata oħra Agnelli jitkellem dwar laqgħa ma’ grupp tal-ultras, f’liema laqgħa kien preżenti anki Dominello. Hemm …

Agnelli u tlieta oħra ta’ Juventus se jitressqu quddiem il-Giustizia Sportiva

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Procuratore Federali se jressaq quddiem il-Giustizia Sportiva lil Andrea Agnelli, Francesco Calvo (eks-diriġent ta’ Juventus FC), Stefano Merulla (Kap tal-Biglietteria Juventus) u Alessandro D’Angelo (Security Manager). Huma se jitressqu wara li l-Prokuratore Federale qara x-xhieda marbuta mal-inkjest tal-Procura ta’ Turin dwar indħil tal-‘Ndrangheta fil-bjegħ ta’ biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Kif qal Angelli llum stess, “Juventus m’għandhom xejn minn xiex jibżgħu”. …

Il-kliem ta’ Andrea Agnelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-kliem tan-nota li Andrea Agnelli qara waqt il-konferenza tal-aħbarijiet straordinarja tal-lum, it-18 ta’ Marzu 2017: Nella giornata odierna, pochi minuti fa, mi è stato notificato un deferimento da parte della Procura Federale. Tale deferimento riguarda il sottoscritto, il dottor Francesco Calvo, all’epoca nostro dirigente, il signor Alessandro D’Angelo e il signor Stefano Merulla. Questa società, i suoi dipendenti e il …