Forsi indunajtu li f’dan il-mument ta’ diffikoltà hemm assenti kbir: Andrea Agnelli. Il-President ta’ Juventus qed ikunu il-grawnd għall-partiti imma mhux qed jitkellem. Ir-raġuni x’aktarx hi waħda personali. Bħalissa Agnelli għaddej minn burraxka hekk kif hu rappurtat li hemm ċans kbir li jissepara minn mal-mara. Milli jidher, ovvjament dejjem skont ix-xnigħat tal-gazzetti, Agnelli kellu relazzjoni mal-mara tad-Direttur Kummerċjali ta’ Juventus, …
Karigi ta’ prestiġju għal Andrea Agnelli
Il-President ta’ Juventus, Andrea Agnelli reġa’ ġie konfermat fl-Bord tal-ECA, organizzazzjoni tal-klabbs tal-futbol Ewropej. Barra minn hekk hu u Rummenigge se jkunu qed jirrappreżentaw l-ECA fil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA. Dan kollu jixhed il-ħidma bla waqfien ta’ Agnelli biex Juventus ikunu mal-kbar nett fl-Ewropa. Matthew Scerri
Video: Bonucci jġedded il-kuntratt ma’ Juventus
L-aqwa siltiet tal-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar li Leonardo Bonucci ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus sal-2020:
Agnelli: “Pogba? Kollox jista’ jiġri”
Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Andrea Agnelli wieġeb għal domanda dwar Pogba. Hu qal li sal-1 ta’ Settembru (meta jintemm is-suq tat-trasferimenti) m’hemm ħadd li ma jistax jinbigħ. Għaldaqstant hu ta’ x’wieħed jifhem li quddiem offerta kbira, Juventus lesti jikkunsidraw li jbigħu lil Pogba. Matthew Scerri
Andrea Agnelli jitkellem dwar il-flokk numru 10
Andrea Agnelli stqarr illum li Juventus jixtiequ jassenjaw il-flokk numru 10 lil xi plejer ta’ fama internazzjonali. Hu sostna li dan hu importanti għal raġunijiet kummerċjali. Madankollu hu sostna li jekk ma tasalx xi stilla magħrufa, allura l-flokk numru 10 mhu se jingħata lil ħadd. Matthew Scerri
Konferenza tal-aħbarijiet ta’ Andrea Agnelli
Dalgħodu Andrea Agnelli indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tkellem dwar il-Finali kontra Barcellona u l-pjanijiet għall-futur. Hu qal li hu importanti ferm li Juventus irritornaw fil-post li jixirqilhom. Dwar it-telfa kontra Barcellona, Agnelli sostna li Juventus lagħbu bħal dejjem biex jirbħu u minkejja d-diżappunt għat-telfa hu jemmen li l-wirja tas-Sibt poġġiet il-bażijiet għall-futur ta’ Juventus. Fi kliem Agnelli l-futur ta’ …
Agnelli f’laqgħa privata ma’ Tavecchio
Peress li Juventus kienu impenjati fil-belt kapitali, Andrea Agnelli approfitta minn din l-okkażjoni sabiex ikollu laqgħa personali mal-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio. Huma tkellmu għal madwar siegħa u nofs dwar diversi kwistjonijiet marbut mal-futbol Taljan. Il-laqgħa kienet deskritta bħala waħda ta’ “korteżija”, għalkemm ma ngħatawx wisq dettalji dwar dak li kien diskuss. Matthew Scerri