Juventus u Real Madrid għadhom jittamaw li jieħdu lil Alex Sandro

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom qed jittamaw li jirnexxilhom jiksbu s-servizzi ta’ Alex Sandro wara li dan qed ikompli jirrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Porto. Apparti Juventus hemm anki Real Madrid li jriduh. F’dan l-istadju jidher li Juvetnus jew jieħdu lil Alex Sandro jew inkella mhuma se jieħdu lil ħadd fil-pożizzjoni ta’ full-back. Matthew Scerri

Siqueira. Juventus ma jridux jiffinalizzaw l-akkwist tiegħu għalissa

MatthewJuve News Leave a Comment

Siqueira allegatament aċċetta l-offerta ta’ Juventus biss għalissa l-Bianconeri ma jridux jiffinalizzaw l-akkwist tiegħhu. Dan żvelawh Sky, li qed isostnu li bħalissa l-prijorità hi l-akkwist ta’ plejer f’nofs il-grawnd. Barra minn hekk Alex Sandro rrifjuta li jġedded il-kuntratt ma’ Porto u allura jista’ jagħti l-każ li Juventus se jagħmlu tentattiv ieħor għalih qabel jiffinalizzaw l-akkwist ta’ Siqueira. Matthew Scerri

Laqgħa għal Siqueira

MatthewJuve News Leave a Comment

Sky taw l-aħbar li d-Direttur Tekniku ta’ Atletico Madrid, Andrea Berta jinsab l-Italja. Hu mistenni jkollu laqgħat ma’ Juventus dwar it-trasferiment mal-Bianconeri ta’ Guillhermo Siqueira. Milli jidher l-ewwel preferenza ta’ Juventus fil-pożizzjoni ta’ full-back hi Alex Sandro ta’ Porto, segwit minn Kurzawa ta’ Monaco. Madankollu dawn it-tnejn jidhru diffiċli ħafna u allura Marotta dar fuq Siqueira. Matthew Scerri

Kurzawa jew Schmelzer għal mal-linja

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont “Il Corriere dello Sport” qed ifallu l-objettivi ewlenin tal-mercato Juventin fl-irwol ta’ full-back mal-linja leminija. Fil-fatt Alex Sandro u Sime Vrsaljko x’aktarx mhux ġejjin ma’ Juventus. Porto jridu 25 miljun Ewro għal Alex Sandro, filwaqt li vrsaljko mistenni jingħaqad ma’ Napoli. Siqueira, mill-banda l-oħra, eskluda li jista’ jiitlaq lil Atletico Madrid. Għaldaqstant Juventus qed jitfgħu għajnjehom fuq full-backs ovra: …

Marotta jitkellem dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tat-Tnejn Marotta u Allegri ammettew li Juventus qed tinbidel ħafna mill-istaġun li għadda. Allegri jidher sodisfatt bix-xogħol li sar s’issa. Skont Marotta l-plejers li telqu kienu huma stess li riedu jitilqu (Ogbonna, Storari, Tevez u Pirlo) jew inkella kienu favur li jitilqu (Vidal). Dwar Vidal, Marotta sostna li n-negozjati għad iridu jiġu finalizzati. F’dan is-sens Marotta ddikjara li Pogba …

Lejn bdil Llorente-Alex Sandro

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Portugiża qed tirraporta li hu probabbli ferm li Juventus u Porto jsibu ftehim għal tpartit bejn Fernando Llorente u Alex Sandro. B’dan il-mod it-timijiet ikunu kuntenti għax jissaħħu u fl-istess ħin ineħħu xi plejers li għal raġuni u oħra ma jridux iktar fit-tim tagħhom. Matthew Scerri

Bdil bejn Llorente u Alex Sandro?

MatthewJuve News Leave a Comment

Porto jinsabu interessati ferm f’Fernando Llorente. Juventus iridu 12-il miljun Ewro għalih. Skont ‘Tuttosport’ jista’ jkun li Porto joffru lil Juventus bdil bejn Llorente u Alex Sandro. Fil-fatt fl-istaġun li għadda xi scouts ta’ Juventus kienu marru jaraw fl-azzjoni lil Alex Sandro fiċ-Champions League. Matthew Scerri