Juventus iridu lil Allan minflok Marchisio

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Napoli Magazine Juventus iridu lill-Brażiljan Allan sabiex jieħu post Claudio Marchisio. Huma qed jirrapurtaw li Marchisio se jitlaq lil Juventus fis-sajf minħabba l-ħafna injuries li qed ikollu. Minfloku Marotta u Paratici jixtiequ jixtru lil Allan ta’ Napoli. Fuqu hemm interess anki min-naħa ta’ Manchester United. Matthew Scerri

Berardi b’self ma’ Udinese għal Allan

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.com’ qed jirraporta li Juventus se jilħqu ftehim ma’ Sassuolo sabiex jixtru għal kollox lil Domenico Berardi. L-idea tal-Bianconeri hi li jisilfuh sena oħra sabiex ikun jista’ jimmatura iktar. Probabbli li Berardi se jkun misluf lil Udinese fid-deal biex Juventus jixtru lil Allan. Matthew Scerri

Juve favoriti anki għal Allan

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont “La Nazione” Juventus huma l-favoriti nett li jieħdu lill-midfielder Brażiljan ta’ Udinese, Allan. Udinese qed jitolbu 15-il miljun Ewro. Juventus huma l-favoriti għax ilhom snin jixtru plejers mingħand Udinese u għaldaqstant ir-relazzjonijiet bejniethom huma tajbin ferm. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Allan

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Napoli huma letteralment miġnuna fuq il-midfielder Brażiljan ta’ Udinese, Allan. Huma qed jippruvaw jieħduh għas-sena d-dieħla peress li jaf jagħmel ħafna dirty work u barra minn hekk għandhom teknika mhux ħażina. Attwalment hu għandu valur ta’ 10 miljuni, imma hu maħsub li l-prezz tiegħu daqt jitla’ għal 15-il miljun grazzi għall-wirjiet stupendi li qed ikollu. Matthew Scerri

Interessati f’Allan

MatthewJuve News Leave a Comment

Plejer ieħor ta’ Udinese spiċċa fil-mira ta’ Juventus. Fil-fatt ilbieraħ Allan kien wieħed mill-aqwa plejers fil-grawnd. Hu midfielder li kapaċi jippressa u jirbaħ il-blalen minn saqajn l-avversarji. F’Ġunju Juventus se jagħmlu tentattiv sabiex jippruvaw jixtruh. Matthew Scerri