Allegri: “Kienu ħames snin meraviljużi”
Massimiliano Allegri ngħata t-Tapiro d’Oro mill-programm ta’ Canale 5, Striscia la notizia. F’kumment mogħti, Allegri qal: “Kienu ħames snin meraviljużi mimlija mħabba. Ħames snin huma tassew ħafna.” Matthew Scerri
Deċiżjoni inevitabbli!
Nibda bil-premessa li kull supporter Juventin għandu jkun grat għal dak kollu li Allegri għamel għal Juventus f’dawn l-aħħar ħames snin. Żgur li ismu se jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ Juventus u li se jkun diffiċli għal kulħadd li jirrepeti dak li għamel hu: 11-il trofew f’ħames snin. Fl-istess waqt, min isegwi regolarment dil-website jaf sew li dejjem sostnejt li kien …
Il-kandidati biex jieħdu post Allegri
Min se jieħu post Allegri? Din hi d-domanda li s-supporters Juventini qed jagħmlu wara li tħabbar li Allegri mhux se jibqa’ jmexxi lil Juventus. L-ismijiet nafuhom sew. Il-ħolma tibqa’ Pep Guardiola, imma minħabba kwistjoni ta’ flus x’aktarx li bħalissa Juventus ma jaffordjawhx. Qed jissemma ħafna anki Pochettino, imma għalih jgħodd l-istess diskors ta’ Guardiola, jiġifieri jiswa wisq għal Juventus. Jidher …
Uffiċjali: Allegri se jitlaq lil Juventus wara ħames snin
Juventus FC ħabbru b’mod uffiċjali li Massimiliano Allegri mhux se jkun iktar il-kowċ tat-tim mill-istaġun li jmiss. Għada fis-2.00 ta’ waranofsinhar se jkun hemm konferenza tal-aħbarijiet fejn Allegri u Agnelli se jispjegaw x’wassal għal din il-firda. Matthew Scerri
Kollox għal għada
It-tieni jum ta’ konsultazzjonijiet bejn Allegri u Agnelli ma wassal għal ebda deċiżjoni definittiva dwar il-futur tal-kowċ Juventin. Skont Sky il-partijiet se jerġħu jitlaqgħu għada sabiex ikompli t-taħdidiet tagħhom. S’issa m’hu joħroġ xejn dwar x’qed jiġi diskuss. Matthew Scerri
Bdiet it-tieni laqgħa!
Għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar skont Calciomercato.com bdiet il-laqgħa bejn Allegri, Agnelli, Nedved u Paratici. Kollox jindika li din se tkun il-laqgħa deċiżiva biex inkunun nafu jekk Allegri huwiex se jibqa’ jmexxi lil Juventus. L-indikazzjonijiet s’issa dejjem kienu li Nedved u Paratici ma kinux konvinti 100% mill-pjanijiet ta’ Allegri għas-sena d-dieħla. Għaldaqstant illum il-partijiet se jaffrontaw lil xulxin u se jiċċaraw …
Dal-lejl x’aktarx Allegri ltaqa’ ma’ Agnelli
Hemm l-għidut li dal-lejl seħħet il-laqgħa bejn Agnelli u Allegri. Sportmediaset qed jirrapurtaw li t-tnejn li huma damu madwar tliet sigħat jitkellmu x’imkien f’Turin. S’issa għad m’hemmx wisq dettalji dwar l-eżitu tat-taħdit tagħhom. Matthew Scerri
Il-laqgħa Agnelli-Allegri għal-lejla?
Illum waranofsinhar Andrea Agnelli, Pavel Nedved u Fabio Paratici kienu fil-Continassa fl-istess ħin li Allegri kien qed imexxi t-training tat-tim. Allegri deher jasal ftit minuti qabel il-bidu tat-training u telaq eżatt wara. Għaldaqstant ma kienx hemm il-ħin biex jiltaqa’ ma’ Allegri. Skont Calciomercato.com Agnelli u Allegri x’aktarx se jitkellmu llejla waqt ikla privata. Hemm siti oħra li qed jirrapurtaw li …
It-tmiem ta’ era
Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Mejju hi l-ġurnata li fiha, skont l-esperti tal-calciomercato, se ssir il-laqgħa bejn Allegri u Agnelli. Laqgħa li bosta qed ibassru se twassal għat-tmiem tal-era Allegri ma’ Juventus. Wara ħames snin Juventus għandhom il-ħtieġa ta’ bidla sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikbru u jimmiraw li finalment jirbħu l-imbierka Champions League. Illum hu dejjem iktar evidenti li Allegri, li …