Allegri se jiltaqa’ ma’ Agnelli nhar l-Erbgħa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Il Corriere dello Sport Allegri se jiltaqa’ ma’ Allegri nhar l-Erbgħa. Huma se jitkellmu dwar il-futur tat-tim Juventin. Jidher li l-laqgħa mhix mistennija tkun waħda mingħajr kuntrasti hekk kif qed ikun rappurtat li Allegri jrid garanziji li jiddeċiedi hu stess fuq liema plejers se jinbigħu u liema se jinxtraw. Fl-istess ħin Agnelli jidhe li qed ikollu dubji l-aktar marbutin …

Allegri jtenni li se jibqa’ ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

“Iddeċidejt li nibqa’ ma’ Juventus għax inħoss li għandi l-istimoli u l-motivazzjonijiet biex inkompli.” Hekk tkellem Allegri waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet id-Derby. Hu sostna anki li għad irid jiltaqa’ ma’ Andrea Agnelli sabiex flimkien jippjanaw l-istrateġiji għas-sena d-dieħla. Mistoqsi dwar l-għidut li Juventus se jibdlu l-kowċ, Allegri wieġeb: “Kull sena jgħidu li se nitlaq, imma ilni hawn ħames snin. …

Allegri: “Ronaldo hu l-futur ta’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistoqsi dwar kif qed iħossu Ronaldo wara li Juventus inqalgħu miċ-Champions League, Allegri wieġeb: “Ronaldo hu deluż bħalna. Hu kellu staġun mill-aqwa u s-sena d-dieħla se jkun protagonist assolut fit-tim. Ronaldo hu l-futur ta’ Juventus.” Allegri qal dal-kliem għal domanda dwar il-biża’ tas-supporters li Ronaldo jista’ jagħżel li jitlaq lil Juventus minħabba l-eliminazzjoni miċ-Champions League. Matthew Scerri