Ancelotti qed ikompli jparli żejjed dwar Juventus fi gwerra personali bejnu u s-supporters Juventini. Wara li kien deffes fin-nofs iċ-Champions League mirbuħa f’Manchester kontra Juventus, issa wasal jgħid li “Ronaldo hu plejer kbir li għamel żball wieħed, li ffirma ma’ Juventus.” Ovvjament xi ħadd jista’ jgħid li din kienet biss ċajta. Fl-opinjoni tagħna dak li ġara fil-passat juri li Ancelotti …
Ancelotti ma jridx jikkowċja lill-Italja
Carlo Ancelotti mhux se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan. La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li lbieraħ Ancelotti tkellem mal-Viċi-Kummissarju, Costacurta, u infurmah li mhux se jaċċetta l-offerta li jmexxi lill-Azzurri. F’dan l-istadju l-favorit biex jieħu post Ventura u Di Biagio hu Mancini. Matthew Scerri
Kuntatti bejn Juventus u Ancelotti?
Fl-aħħar tliet ijiem, minn wara t-telfa kontra Real Madrid, saru diversi spekulazzjonijiet dwar allegata bidla fit-tmexxija teknika ta’ Juventus. L-għidut l-aktar persistenti hu li Allegri se jitlaq lil Juventus u li l-klabb Juventin diġà avviċina lil Carlo Ancelotti. L-aħbar, ovvjament, mhix waħda uffiċjali. Ħafna imma huma konvinti li Juventus qed jaħdmu biex jibdlu ta’ taħt fuq lit-tim tagħhom. Matthew Scerri
Ancelotti mistenni jgħid le lil Tavecchio
Skont Tuttosport Carlo Ancelotti mhuwiex se jaċċetta l-proposta mressqa lilu sabiex imexxi lit-tim nazzjonali. Probabbli li bħalissa Ancelotti għandu proposti oħra li jinteressawh aktar. Matthew Scerri
Min minflok Ventura? L-ismijiet li qed isiru
Sakemm ma jkunx hemm xi sorpriża tal-aħħar mument, għada mistenni jitħabbar li Ventura m’għadux kowċ tal-Italja. Minfloku qed jissemmew diversi kowċis oħra. Di Biagio tkun l-għażla low cost. Oħrajn li qed jissemmew hu kowċis ta’ fama li ċertament se jitolbu paga ferm għola. F’dawn is-sigħat qed jissemma ħafna Ancelotti. Ismijiet oħra huma dawk ta’ Ranieri, Allegri, Conte u anki Mancini. …
Ancelotti qed jistenna sejħa minn Juventus?
Fl-aħħar sigħat online kien hemm dibattitu sħiħ dwar il-possibbiltà li Ancelotti jieħu post Allegri bħala kowċ ta’ Juventus. Il-media Ingliża qed issostni li Ancelotti qed jirrifjuta kull offerta li qed tasallu peress li jixtieq ikun liberu f’każ li jsejħulu Juventus. Ovvjament din l-aħbar hi biss waħda li nsibu fil-gazzetti bla ebda tip ta’ konferma oħra mill-ambjent Juventin. Matthew Scerri
Kuntatt ma’ Ancelotti?
Hemm xnigħa li tard ilbieraħ filgħaxija Juventus għamlu kuntatt ma’ Carlo Ancelotti u talbuh jgħarrafhom jekk huwiex interessat li jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim. Ma nafux jekk din l-aħbar hix vera jew le. Li hu żgur hu li Allegri qed jirriskja serjament li jitlef postu. Matthew Scerri
Ancelotti: “Qatt ma ħabbejt lil Juventus”
Carlo Ancelotti għada se jilgħab kontra l-passat tiegħu. Fl-awtobijografija Preferisco la Coppa, Ancelotti jikteb bla tlaqlieq li hu qatt ma ħabb lil Juventus u li wisq probabbli qatt mhu se jħobbhom għal mod kif jiġi ttrattat kull darba li jmur Turin. Dawn huma l-paġni fejn jitkellem dwar Juventus:
Anki Juve interessati f’Ancelotti?
Carlo Ancelotti mhux qed jgħix mument faċli ma’ Real Madrid hekk kif kemm fil-Liga Spanjola kif ukoll fiċ-Champions League l-Madrileni mhux qed jibbrillaw. Hemm min qed jaħseb li jista’ jkun li fis-sajf Ancelotti jitlaq lil Real Madrid. Hu jista’ jirritorna fl-Italja ma’ Roma (il-ħolma tiegħu) minflok Rudi Garcia. Hemm min isostni li hu jista’ jieħu post Conte jekk dan jirriżenja …
- Page 1 of 2
- 1
- 2