Marotta: “Howedes hu xi ħaġa iktar minn sempliċi ipoteżi tal-mercato. M’aħbiex interessati f’Andre Gomes”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Se nixtru kważi żgur difensur li jkun kapaċi jilgħab f’pożizzjoni ċentrali u mal-linja. Howedes? Hu plejer interessanti u qed nitkellmu miegħu u ma’ Schalke. Bħalissa hu xi ħaġa iktar minn sempliċi ipoteżi tal-mercato.” Hekk tkellem Marotta. Hu anki kkonferma li Juventus kellhom laqgħat ma’ Barcellona u Atalanta f’Montecarlo. Id-DĠ Juventin sostna li f’dawn il-laqgħat tkellmu dwar l-istrateġiji fit-tmexxija tal-futbol u …

Mill-ġdid Andre Gomes

MatthewJuve News Leave a Comment

Fuq l-ewwel paġna tal-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport insibu li Juventus jinsabu mill-ġdid interessati f’Andre Gomes ta’ Barcellona. Nafu li Juventus għamlu minn kollox is-sajf li għadda biex jiksbu s-servizzi tiegħu. Issa l-interess fih jidher li għadu ħaj minkejja sena kemxejn diżappuntanti ma’ Barcellona. Matthew Scerri

Tliet akkwisti importanti bid-dħul miċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-ewwel paġna tal-edizzjoni tal-lum ta’ Il Corriere dello Sport insibu t-titlu “Juve, 126 miljun”. Skont din il-gazzetta d-dħul kollu miċ-Champions League se jkun investit sabiex tkompli tissaħħaħ l-iskwadra ta’ Allegri. Fost l-akkwisti possibbli msemmija mill-gazzetta hemm dawk ta’ Douglas Costa, De Sciglio u Andre Gomes. Matthew Scerri